top of page
Saħħet in-Nisa
Fuq din il-paġna ssibu informazzjoni dwar temi relatati mas-saħħa tan-nisa. Jekk taħsbu li għandna nkopru xi temi oħrajn, ibgħatulna messaġġ.
Il-vaċċin tal-HPV u l-programm ta'
cervical screening
Infezzjoni b'HPV, li hu tip ta' virus, hija komuni ħafna u ħafna nies lanqas jindunaw li ħaduh. Iżda f'numru żgħir ta' nies, dan il-virus jista' jikkaġuna kanċer.
Huwa ferm aktar faċli tippreveni infezzjoni b'HPV milli tipprova tikkura l-mard li joħloq. Aqra iktar fuq il-vaċċin kontra l-HPV u l-programm ta' "cervical screening" f'Malta.
Meta jinfaqa' l-ilma qabel iż-żmien (PPROM)
Il-PPROM hija kumplikazzjoni tat-tqala li sseħħ meta l-ilma jinqasam kmieni wisq. It-trattament ta’ PPROM ivarja skont l-istadju tat-tqala meta jiġri.
Sfortunatament, in-nisa f’Malta li jsofru PPROM fl-ewwel 24 ġimgħa tat-tqala, qabel ma l-fetu jkun jista’ jgħix barra mill-ġuf, ma jiġux offruti abort minħabba liġijiet restrittivi. Dan jista' jkun ta' riskju serju għal saħħithom u ħajjithom.
bottom of page