top of page

Pożittività Sesswali

Nibdlu l-attitudnijiet u n-normi tagħna madwar is-sess u s-sesswalità.

Is-sess u s-sesswalità huma aspetti pożittivi tal-esperjenza umana. Madankollu, minħabba l-influwenza tal-Knisja Kattolika u awtoritajiet konservattivi oħra, is-soċjetà tagħna ilha tikkunsidra s-sess - speċjalment sess li ma jaqax fi ħdan dak li huwa tradizzjonalment aċċettabbli, ċioe sess vaġinali mingħajr kontraċettivi bejn raġel u mara miżżewġin - bħala xi ħaġa tal-mistħija u maħmuġa. Din l-attitudni trid tinbidel, u lkoll għandna nkunu aktar pożittivi dwar is-sess u s-sesswalita'. Li tkun pożittiv dwar is-sess ifisser:

  • Tikkunsidra s-sess bħala parti normali li tkun bniedem.

  • Li tikkunsidra s-sess kunsenswali bħala espressjoni importanti tas-sovranità tal-persuna.

  • Li tkun favur prattiki sesswali sikuri, inkluż l-użu ta' kontraċettivi moderni.

  • Li tkun favur l-edukazzjoni sesswali, inkluż it-tagħlim dwar l-użu ta' kontraċettivi moderni.

  • Li tkun favur d-drittijiet riproduttivi, inkluż abort sigur u legali.

  • Ma tagħmilx distinzjoni morali jew etika bejn sess eterosesswali u omosesswali.

  • Ma tagħmilx distinzjoni morali jew etika bejn is-sess fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ.

  • Ma tagħmilx distinzjoni morali jew etika bejn il-masturbazzjoni u s-sess bejn l-imsieħba.

  • Ma tagħmilx distinzjoni morali jew etika bejn stili ta' relazzjoni differenti, inklużi relazzjonijiet bejn persuni ta' razez differenti.

  • Tkun kontra t-tabù u l-mistħija relatati mas-sess.

  • Tkun body-positive, jiġifieri: l-aċċettazzjoni tal-iġsma kollha, irrispettivament mid-daqs, il-forma, it-ton tal-ġilda, is-sess, jew il-kapaċitajiet fiżiċi tal-persuna.

Attitudnijiet tradizzjonali dwar is-sess u s-sesswalità huma kontroproduttivi, u l-pajjiżi b’ideat inqas progressivi dwar is-sess għandhom tendenza li jkollhom rati baxxi ta’ użu ta’ kontraċettivi moderni u rati għoljin ta’ abort. Pożittività sesswali ma tfissirx li jkollok ħafna sess, iżda tfisser li tara s-sess kunsenswali bħala pożittiv u tagħti s-setgħa lin-nies biex igawdu s-sess b'mod sikur.

Abbona biex tirċievi emails mingħandna:

Grazzi talli abbonajt!

Agħti donazzjoni biex tgħin ix-xogħol u s-servizzi tagħna:

Grazzi tad-donazzjoni tiegħek!

Doctors for Choice (Malta)

Email: contact@doctorsforchoice.mt

Telefon: +356 2034 1712

Doctors for Choice (Malta) hija organizzazzjoni mhux governattiva reġistrata f'Malta (VO/1816) u Partner Organisation ma' Global Doctors for Choice (GDC).

bottom of page