top of page
Search
Writer's pictureDoctors for Choice

"Nipproteġu l-embrijun": Akkost ta' xiex?

Dan l-aħħar qegħdin nisimgħu ħafna diskorsi fil-parlament dwar il-ħtieġa li “nipproteġu l-embrijun.” Nifhmu għala jsir dan id-diskors, għaliex ħafna nies jemmnu, normalment ħabba konvinzjoni reliġjuża, li l-embrijun huwa persuna. Dan hu minkejja li embrijun ikun għadu ma ffurmax l-organi neċessarji biex ikun jista' jgħix barra l-ġisem tal-mara.





Iżda ħafna jinsew, jew jagħżlu li ma jikkalkulawx, il-konsegwenzi fuq in-nies f’pajjiżna meta “nipproteġu l-embrijun.” Dan huma wħud mill-konsegwenzi ta' din il-"protezzjoni":


- Koppji b’mard ġenetiku ma jisgħux jagħmlu użu minn pre-implantation genetic diagnosis (PGD) biex jevitaw li t-tfal tagħhom ikunu affetwati bil-marda. Bil-liġi kif inhi, kull embrijun irid jiġi implantat anka jekk ikun qed iġorr ġenetika li tirriżulta f'mard serju, bħal thalassaemia major jew Huntington's disease.


- In-nuqqas ta’ screening fuq embrijuni inaqqas ir-rata ta’ suċċess tal-IVF. Dan jaffetwa l-aktar koppju fejn il-mara tkun relattivament avvanzata miż-żmien. It-teknoloġija tħallina nagħżlu dawn l-embrijuni l-aktar b'saħħithom biex ittejjeb iċ-ċansijiet ta' tqala, iżda f'Malta dan mhux permess.


- Għal żmien twil in-nisa f’pajjiżna kienu mċaħħda mill-morning after pill, u kien biss fl-2016 li din ġiet impurtata għall-ewwel darba f'Malta. Sal-lum, in-nisa f'Malta ma jistgħux jagħmlu użu mill-IUD tar-ram bħala kontraċezzjoni t’emerġenza, allavolja dan huwa aktar effett effettiv kontra t-tqala mill-morning after pills.


- U ovvjament, l-abort għadu pprojbit totalment anka jekk il-mara jew tifla ġew stuprati.


L-isbaħ waħda hi li dawk li jistgħu iħallsu, jistgħu imorru jagħmlu dan kollu barra minn Malta, u dawk li ma jistgħux iħallsu jibqgħu skjavi tal-embrijuni.

Comments


bottom of page