top of page
Search
Writer's pictureDoctors for Choice

Dimostrazzjoni favur l-għażla tan-nisa ġol-belt Valletta 11.07.2021




Dalgħodu ħadna sehem f'dimostrazzjoni quddiem fil-Belt il-parlament ma' Women on Waves, Women on Web, Young Progressive Beings, u Students for Choice. Fiex kienet din id-dimostrazzjoni? Kienet dwar it-taqtiegħ li jgħaddu minnu nisa u bniet li jfittxu l-abort f'Malta, u l-inġustizzji li jiffaċċjaw.


Matul din id-dimostrazzjoni mara żagħżugħa, li tirrappreżenta nisa f'Malta li qed ifittxu abort, ippruvat tfittex l-għajnuna minn tliet tobba, iżda dawn ma setgħux jgħinuha u qalulha li idejhom marbutin - u fil-fatt idejhom kienu verament marbutin!


B'xorti tajba pakkett ta' pilloli tal-abort ġie pprovdut mill-bogħod minn robot (li jirrappreżenta servizzi tat-telemediċina onlajn) u din imbagħad setgħet tmexxi l-abort tagħha stess, għalkemm waħedha u mhux taħt is-superviżjoni ta' tobba Maltin.


Din hija r-realtà li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet f'Malta, u mhix il-livell ta' servizz ta' kura tas-saħħa li pajjiż bħal Malta għandu jipprovdi. Hija inġustizzja li l-mara ma tistax taċċessa l-kura tal-abort f'pajjiżha stess, u jkollha tivvjaġġa lejn kliniċi barra l-pajjiż. Irridu li dan jinbidel!


Nirringrazzjaw lil Women on Web (www.womenonweb.org) u lil Dr Rebecca Gomperts talli jgħinu biex in-nisa u l-bniet f'Malta jinżammu sikuri permezz tas-servizzi tat-telemediċina onlajn tagħhom.


Dawk li għandhom bżonn informazzjoni jew parir dwar l-abort jistgħu jikkuntattjaw il-Family Planning Advisory Service fuq 27780037 jew permezz taċ-chat fuq www.fpas.mt.

Comments


bottom of page