top of page
Untitled design (46).png

Helpline dwar il-Kontraċezzjoni

Aħna favur il-kontraċezzjoni. Dan għaliex il-kontraċezzjoni tgħin lin-nisa jevitaw tqala mhux mixtieqa, u xi kontraċettivi jgħinu wkoll biex jipprevjenu infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs).

Biex ngħinu lin-nies f’Malta jaċċessaw il-kontraċezzjoni li għandhom bżonn, u jagħżlu l-aħjar kontraċettiv li jaqbel magħhom, noffru helpline b’xejn fejn kulħadd jista’ jċempel biex ikellem lit-tobba tagħna dwar il-kontraċezzjoni.

Ċempel il-helpline b'xejn fuq +356 20341685.

It-tobba tagħna joffru dan is-servizz bla ħlas fil-ħin liberu tagħhom. Jekk ma jkunux jistgħu jwieġbuk mill-ewwel, jekk jogħġbok ħalli voicemail u jċemplulek lura.

Ftakar li għandna wkoll ħafna informazzjoni online dwar kif tikseb il-kontraċettivi f’Malta, li tista’ ssibha hawn: doctorsforchoice.mt/kontraċezzjoni

Abbona biex tirċievi emails mingħandna:

Grazzi talli abbonajt!

Agħti donazzjoni biex tgħin ix-xogħol u s-servizzi tagħna:

Grazzi tad-donazzjoni tiegħek!

Doctors for Choice (Malta)

Email: contact@doctorsforchoice.mt

Telefon: +356 2034 1712

Doctors for Choice (Malta) hija organizzazzjoni mhux governattiva reġistrata f'Malta (VO/1816) u Partner Organisation ma' Global Doctors for Choice (GDC).

bottom of page