top of page

Il-Vjaġġ Fantastiku tal-Ġisem Tiegħi minn Dr Natalie Psaila

Untitled (1100 × 1600 px) (1200 × 1600 px) (1).png

Il-Vjaġġ Fantastiku tal-Ġisem Tiegħi huwa ktieb edukattiv għat-tfal dwar is-sesswalita' miktub minn Dr Natalie Psaila. Il-ktieb jiddiskuti l-pubertà, il-bijoloġija, il-kunsens, is-sesswalitajiet differenti, il-kontraċezzjoni u aktar, b'tipa faċli biex tinqara u lingwaġġ aċċessibbli. Huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti.

Dan il-ktieb huwa bla ħlas għall-użu mill-pubbliku ġenerali, inkluż il-ġenituri u l-għalliema. Donazzjonijiet lil Doctors for Choice ikunu apprezzati, u dawn jgħinuna nipproduċu aktar materjal edukattiv fil-futur.

Biex titlob kopja stampata jekk jogħġbok ikkuntattja lil Dr Natalie Psaila bl-email.

Biex tniżżel il-ktieb f'verżjoni diġitali, jekk jogħġbok uża l-links li ġejjin:

Download the PDF in English

Niżżel il-PDF bil-Malti

Dwar l-Awtriċi


Natalie Psaila MD, MMCFD, MRCGP (Int) għandha żewġt itfal żgħar u hija tabiba speċjalizzata fil-Mediċina tal-Familja. Hija tippromwovi s-saħħa riproduttiva u hija wkoll attivista għad-drittijiet tal-mara. Natalie hija involuta sew fit-taħriġ u t-tagħlim tat-tobba tal-familja tal-futur ta’ Malta.

Abbona biex tirċievi emails mingħandna:

Grazzi talli abbonajt!

Agħti donazzjoni biex tgħin ix-xogħol u s-servizzi tagħna:

Grazzi tad-donazzjoni tiegħek!

Doctors for Choice (Malta)

Email: contact@doctorsforchoice.mt

Telefon: +356 2034 1712

Doctors for Choice (Malta) hija organizzazzjoni mhux governattiva reġistrata f'Malta (VO/1816) u Partner Organisation ma' Global Doctors for Choice (GDC).

bottom of page