top of page
Malta First Rally for Choice 28 Septembe

Aħna favur id-drittijiet riproduttivi tiegħek

Il-Missjoni Tagħna

Il-missjoni tagħna hija li nippromwovu kura tas-saħħa komprensiva sesswali u riproduttiva li hija sigura, ekwa u aċċessibbli.

 

 

L-Għanjiet Tagħna

Għandna erba' għanijiet ewlenin:

  1. Naħdmu favur edukazzjoni sesswali u riproduttiva komprensiva f'Malta

  2. Nippromwovu kontraċezzjoni komprensiva u aċċessibbli liberament f'Malta

  3. Naħdmu favur id-dekriminalizzazzjoni tal-abort f’Malta

  4. Naħdmu favur tibdiliet fil-liġu li jippermettu servizzi tal-abort siguri, ekwi u aċċessibbli f'Malta

 

 

Min Aħna

Aħna assoċċjazzjoni ta’ tobba (VO/1816) minn numru ta’ speċjalizzazzjonijiet differenti li jemmnu li f’Malta għandu jkun hemm id-dritt ta’ għażla għall-abort (terminazzjoni tat-tqala), u li dan isir b’mod legali u sigur. Aħna kollha tobba li nipprattikaw f’Malta jew li għandna konnessjoni ma’ Malta, u ninsabu nkwetati bis-sitwazzjoni legali preżenti li ma tħallix lin-nisa f’Malta jagħżlu l-abort fl-ebda ċirkostanza, lanqas meta t-tqala tkun ta’ dannu għas-saħħa fiżika jew mentali tagħhom.

Aħna m’aħniex l-uniċi tobba jew professjonisti li naħsbuha b’dan il-mod. Fil-fatt kull organizzazzjoni internazzjonali reputabbli, bħal l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u r-Royal Society of Obstetricians & Gynaecologists (RCOG), jirrikomandaw li n-nisa ta’ kull pajjiż ikollhom aċċess sigur u legali għall-abort. Il-WHO qalet: “F’pajjiżi fejn l-abort huwa ristrett ħafna bil-liġi, l-abort sigur sar il-privileġġ ta’ dawk li għandhom il-flus, filwaqt li dawk in-nisa li m’għandhomx flus ma jkollhomx għażla oħra ħlief li jirrikorru għal providers li m’humiex siguri u kwalifikati.” Aħna nemmnu li dan jirrifletti s-sitwazzjoni f’pajjiżna – sitwazzjoni li m’hijiex aċċettabbli.

Għaldaqstant se nibdew kampanja ta’ informazzjoni, b’kollaborazzjoni ma’ Voice for Choice – L-Għażla Tagħha biex naqbżu ghad-dritt tal-għażla għall-abort f’Malta, dritt li diġa’ għandhom oħrajn f’kull pajjiż membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Aħna qegħdin hawn biex kull persuna, irrispettivament mill-ġeneru, etniċita’, twemmin u eta’, tiġi rrispettata u protetta f’kull għażla.

 

Aġġornament : Mis-6 ta’ Diċembru 2019, Doctors for Choice (Malta) saret organizzazzjoni msieħba ma’ Global Doctors for Choice (GDC). Global Doctors for Choice hija netwerk internazzjonali ta’ tobba li huma favur id-drittijiet riproduttivi u l-aċċess għal kura tas-saħħa riproduttiva komprensiva, inklużi abort sigur u kontraċezzjoni. GCD trawwem it-trasferiment transnazzjonali tal-aħjar prattiki fil-promozzjoni tas-saħħa riproduttiva billi tappoġġja u tgħaqqad tobba mid-dinja kollha u mid-dixxiplini mediċi kollha. Global Doctors for Choice għandha tim ta' koordinazzjoni bbażat fl-Istati Uniti u għandu membri individwali u organizzazzjonijiet imsieħba minn madwar id-dinja kolla. Aqra iktar fuq il-GDC: www.globaldoctorsforchoice.org

bottom of page