top of page

L-Abort jibqa' servizz essenzjali,
anka meta jintużaw kontraċettivi

Il-kontraċettivi ma jistgħux jieħdu post servizzi tal-abort

Nisa li ma jixtiequx jinqabdu tqal għandhom jużaw kontraċettiv li jaqbel magħhom u li jsibuh faċli jużawh. Jekk ma tafx liem kontraċettiv huwa l-aħjar fil-kas tiegħek, kellem lit-tabib jew spiżjar. Tista taqra iktar fuq il-kontraċettivi li jinstabu Malta fuq il-websajt tagħna hawn.

 

Aħna ser inkomplu bil-kampanja ta' informazzjoni biex inżidu l-għarfien fuq il-kontraċettivi u ninkoraġixxu lin-nies jipproteġu ruhom minn tqala mhux mistennija u minn mard trasmess sesswalment. 

Madanakollu, l-abort jibqa essenzjali anka meta jintużaw il-kontraċettivi, għax anka l-aqwa kontraċettivi jistgħu ifallu.

* Informazzjoni maħruġa minn BPAS fir-Renju Unit turi li 1 minn kull 4 nisa li jirrikorru għal abort użaw kontraċettiv effettiv ħafna, bħal-implant jew il-Mirena. Il fuq minn 50% tan-nisa li jirrikorru għal-abort użaw xi tip ta' kontraċettiv u xorta inqabdu tqal (http://bit.ly/2GoLca7). Informazzjoni mill-Istati Uniti ukoll turi li hemmekk ukoll iktar minn 50% tan-nisa użaw xi kontraċettiv u xorta ħarġu tqal (http://bit.ly/2YhLn1j).

* Nisa li jifaw vittma ta' reat sesswali bħal stupru m'humiex se jkunu użaw kontraċettiv - dan jinkludi nisa f'relazzjonijiet abbużivi kif ukoll tfal li jkunu vittma ta' abbuż sesswali.


Aċċess għal-kontraċezzjoni huwa essenzjali, imma qatt m'hu se jneħħi l-bżonn ta' servizzi tal-abort!

bottom of page