L-Abort u l-Kanċer tas-Sider
Ma teżisti l-ebda prova xjentifika li l-abort iżid ir-rikju ta' kanċer tas-sider fin-nisa, jew li jżid ir-riskju ta' xi tip ta' kanċer ieħor.
Ċertu attivisti kontra l-abort jużaw is-suġġett tal-kanċer tas-sider biex ibeżżgħu lin-nisa li jkunu qed jikkunsidraw abort. Dan mhuwiex aċċettabbli, u jservi biss biex jallarma lill-pubbliku għalxejn.
Studji xjentifiki ma sabu l-ebda prova li l-abort jikkaġuna kanċer ta-sider. Diversi organizzazzjonijet ta' fama madwar id-dinja ukoll jisħqu dan, inkluż il-Collaborative Group on Hormonal Factors in Breast Cancer, l-Istitut Nazzjonali tal-Kanċer tal-Istati Uniti, il-Kulleġġ Irjali tal-Obstetricians and Gynaecologists (RCOG), u l-Kulleġġ Amerikan tal-Obstetricians and Gynecologists (ACOG).
Is-Soċjeta' Amerikana dwar il-Kanċer tipprovdi informazzjoni fuq il-websajt tagħha fuq l-istudji li saru fuq dan is-suġġett (bl-Ingliż):
https://www.cancer.org/cancer/cancer-causes/medical-treatments/abortion-and-breast-cancer-risk.html